Inħolqu vakanzi għal Warehouse Operators fil-Logistics Centre mal-kumpanija Simonds Farsons Cisk. L-għan ewlieni hu li:
Jirċievu u jistivaw prodotti/vojt kif ukoll jiddentifikaw u jillokalizzaw prodotti fil-Warehouse biex jgħaddihom fil-Marshalling Area, hekk kif indikat mill-Warehouse Management System u/jew s-Superjuri tagħhom. Iħottu trakkijiet u jimlew trakkijiet hekk kif indikat mis-Superjuri tagħhom.
Il-Warehouse Operators ikunu mitluba li:
- Jagħmlu xogħol ta’ Fork Lift/VNA/Reach trucks f’funzjonijiet diversi ta’ transport u tgħabbija, kif u meta mqabbadin, dejjem skond ir-regolamenti tas-Safety;
- Jistivaw, jneħħu paletti fuq xulxin jew fir-racking, hekk kif indikat lilu mill-Warehouse Management System u/jew s-Superjuri;
- Jużaw r-radio data terminals bi preċiżjoni biex tinżamm ordni fid-dħul u ħruġ tax-xogħol;
- Jekk ikun hemm bżonn jgħinu fl-istock ‘taking’;
- Jaghmel xoghol ta’ tindif fl-areas indikati u kif ikun mehtieg;
- Iżommu il-Fork Lift/VNA/Reach Trucks f’kundizzjoni hekk kif stabilit fil-proċeduri tad-Dipartiment;
- Iżommu is-sistema ta’ Log books hekk kif indikat lilhom;
- Jagħmlu xogħol ieħor relatat.
Għaldaqstant ikun meħtieġ li min japplika:
- Ikun jaf jaqra u jikteb bl-Ingliż u bil-Malti; ikun familjari ma' l-użu tal-kompjuter u jsegwi struzzjonijiet oħra;
- Ikun lest li jieħu t-training neċessarju fuq Fork Lifters/VNAs/Reach Trucks.