About - Group Structure - Trident

About / News

News details

Warehouse Operators 13/02/2018

Inħolqu vakanzi għal Warehouse Operators fil-Logistics Centre mal-kumpanija Simonds Farsons Cisk. L-għan ewlieni hu li:

Jirċievu u jistivaw prodotti/vojt kif ukoll jiddentifikaw u jillokalizzaw prodotti fil-Warehouse biex jgħaddihom fil-Marshalling Area, hekk kif indikat mill-Warehouse Management System u/jew s-Superjuri tagħhom. Iħottu trakkijiet u jimlew trakkijiet hekk kif indikat mis-Superjuri tagħhom.

Il-Warehouse Operators ikunu mitluba li:

  • Jagħmlu xogħol ta’ Fork Lift/VNA/Reach trucks f’funzjonijiet diversi ta’ transport u tgħabbija, kif u meta mqabbadin, dejjem skond ir-regolamenti tas-Safety;
  • Jistivaw, jneħħu paletti fuq xulxin jew fir-racking, hekk kif indikat lilu mill-Warehouse Management System u/jew s-Superjuri;
  • Jużaw r-radio data terminals bi preċiżjoni biex tinżamm ordni fid-dħul u ħruġ tax-xogħol;
  • Jekk ikun hemm bżonn jgħinu fl-istock ‘taking’;
  • Jaghmel xoghol ta’ tindif fl-areas indikati u kif ikun mehtieg;
  • Iżommu il-Fork Lift/VNA/Reach Trucks f’kundizzjoni hekk kif stabilit fil-proċeduri tad-Dipartiment;
  • Iżommu is-sistema ta’ Log books hekk kif indikat lilhom;
  • Jagħmlu xogħol ieħor relatat.

Għaldaqstant ikun meħtieġ li min japplika:

  • Ikun jaf jaqra u jikteb bl-Ingliż u bil-Malti; ikun familjari ma' l-użu tal-kompjuter u jsegwi struzzjonijiet oħra;
  • Ikun lest li jieħu t-training neċessarju fuq Fork Lifters/VNAs/Reach Trucks.